Saturday, May 18, 2024

“Moħħhom biex jixħtu lill-PM il-ħabs … iridu jgħaddu minn fuqna”

L-Oppożizzjoni tiskarta l-aġenda tas-seduta skedata u terġa' titkellem fuq l-isptarijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskussjoni dwar l-Estimi ta’ Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena finanzjarja 2023, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina għażel li jiżvija mis-suġġett u jitkellem dwar il-konċessjoni tal-Isptarijiet.

Aquilina qal li wara l-aħħar żviluppi fil-Parlament fejn waqt seduta dak li jkun mhux bilfors jitkellem dwar is-suġġett li jkollu quddiemu. Filwaqt li rrefera għat-tielet rapport tal-awditur ġenerali ppubblikat u attakka lin-naħa tal-gvern billi ddeskrivihom bħala ‘l-akbar frodisti’, Aquilina qal li kellu ċans jaqra r-rapport aħjar u kompla biex jispjega xi jgħid.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li għal darba oħra waqgħet il-maskra tal-Oppożizzjoni. Żied jgħid li kien hemm saħansitra kelliema tal-Oppożizzjoni li kienu preparati biex jitkellmu dwar suġġett importanti bħalma huwa l-housing imma ġew imġegħla jiskartaw dak li preparaw għalih biex jiddiskutu dak li rrifjutaw li jiddiskutu waqt is-seduta tat-Tnejn. 

Huwa kompla biex jirreferi għall-politika tal-Oppożizzjoni mmexxija minn żewġ kapijiet iżda xorta waħda bla direzzjoni. Rigward id-denunzja biex jitfgħu lill-Prim Ministru l-ħabs, il-Ministru għamilha ċara li biex dan iseħħ l-Oppożizzjoni trid tgħaddi minn fuq il-bqija tal-membri tal-gvern. Huwa saħaq li ftit aktar minn sena ilu, l-elettorat afda lill-Partit Laburista biex imexxih u dan qiegħed jirreċiproka dik l-għażla bi tmexxija mill-aktar responsabbli. 

Sport