Sunday, May 5, 2024

L-operazzjoni ta’ Francesco rnexxiet … iżda baqagħlu bżonn ħafna talb biex joħroġ mill-periklu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-istorja li ġiet ippubblikat ilbieraħ minn talk.mt dwar tfajjel żgħir bl-isem ta’ Francesco ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Illum Francesco għamel operazzjoni serja ħafna fl-Isptar ta’ Gesu Bambino f’Ruma.

Jidher li l-operazzjoni rnexxiet, iżda baqagħlu bżonn ħafna u ħafna talb biex joħroġ mill-periklu.

Kien Lelio Spiteri li fuq il-midja soċjal ilbieraħ ressaq karba ta’ omm biex jitolbu għal bina. Illum kien l-istess Lelio flimkien ma’ persuni oħrajn li kitbu li l-operazzjoni rnexxiet… iżda baqa’ ħafna biex joħroġ mill-periklu.

Intant, dalgħodu l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, it-tfal flimkien mal-għalliema ġew mitlubin biex jinżlu għarkuptejhom biex jgħidu talba għal dan it-tfajjel li d-destin jidher li s’issa ma tantx tbissimlu.

Sport