AS Monaco qed jippjanaw żewġ akkwisti kbar fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf u dawn huma Paul Pogba u Ansu Fati. Skont rapporti minn Spanja u Franza, Monaco jinsabu viċin li jiffinalizzaw ftehim ma’ Barcelona għal Fati, u qed jittamaw li jħabbru wkoll il-firma ta’ Pogba fiż-żmien qarib.
Il-midfielder Franċiż ta’ 32 sena ilu bla klabb minn tmiem l-2024, iżda issa jista’ jerġa’ jilgħab wara li temm sospensjoni. Iż-żewġ plejers huma meqjusa bħala pedament tajjeb għal tim ambizzjuż fl-Ewropa.