Sunday, November 24, 2024

Monza jirbħu quddiem Pablo Mari

Aqra wkoll

Hekk kif Monza reġgħu rritornaw għar-rebħ wara riżultat ta’ 2-0 kontra Hellas Verona fi tmiem din il-ġimgħa, fost l-ispettaturi fil-Brianteo Stadium kien hemm il-plejer tagħhom Pablo Mari li deher għall-ewwel darba fil-pubbliku wara l-attentat ta’ serq li kien involut fih.

Kif spiċċat il-partita, il-kowċ ta’ Monza Raffaele Palladino iddedika r-rebħa propju lill-plejer Spanjol u qal li l-preżenza tiegħu għenhom sabiex jagħmlu aktar motivazzjoni u jirbħu din il-logħba. 

Għadu mhux magħruf meta Pablo Mari se jkun qed jerġa’ jirritorna fil-grawnd. S’issa hu lagħab tmien logħbiet u skorja gowl wieħed biss. 

Sport