Saturday, April 27, 2024

Moreno Torricelli jfaħħar it-tiġdid fil-kuntratt ta’ Adrien Rabiot

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem fuq ir-radju uffiċjali ta’ Juventus FC, l-eks difensur Moreno Torricelli qal li t-tiġdid fil-kuntratt tal-midfielder Adrien Rabiot kien l-iktar ħaġa tajba li saret f’dawn l-aħħar jiem.

Torricelli, li lagħab ma’ Juventus fis-snin disgħin, qal li Rabiot joffri dik l-esperjenza għal tim li se jkun qed inaqqas il-medja tal-eta’ fil-plejers tiegħu.

Finalment Torricelli ammetta li l-istaġun li ġej mhux se jkun wieħed faċli għal Bianconeri hekk kif minbarra li baqgħu barra mill-UEFA Champions League, se jkunu qed jilagħbu b’tim relattivament żagħżugħ.

Sport