Tuesday, May 14, 2024

Mosta jaċċertaw mis-salvazzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta ……..2

Mosta …….….3

Mosta aċċertaw mis-salvazzjoni meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 3-2 liema tliet goals waslu fl-ewwel taqsima … biex issa t-taqtiegħa għar-relegazzjoni hija bejn Sta Lucia u Balzan.

Fil-veritá din il-partita kienet waħda ta’ formalitá għall-Beltin hekk kif kienu diġá serrħu rashom mill-inkwiet tar-relegazzjoni wara li kienu għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-1.

Kienu Valletta li ħarġu fuq l-offensiva u, fl-10 minuta, permezz ta’ xutt insidjuż Mario Fontanella ra lil Ini Etim Akpan idawwar tajjeb f’corner.

Iżda tliet minuti wara kienu Mosta li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Clayton Failla, RAFAEL MORISCO xeħet bir-ras fir-rokna tax-xibka.

Fit-22 minuta, Valletta reġgħu ħolqu l-periklu meta cross-shot ta’ Caio Prado kważi ħasad lil Akpan li iżda dawwar f’corner.

Madankollu, kienu Mosta li bdew jirriżultaw bħala l-aħjar team u fil-25 minuta rduppjaw b’xutt fil-baxx ta’  GEOFFREY  ACHEAMPONG kważi minn tarf il-kaxxa li ma l-ebda ċans lill-goalkeeper Alessandro Guarnone jsalva.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq il-Lilywhites u fid-29 minuta, Shaun Dimech għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu mdawwar f’corner minn Akpan.

Mosta komplew jiddomi­naw u  eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Failla pprovda l-assist lil CHRIST EMEME li mill-viċin tefa’ f’lasti vojta.

Fit-tieni taqsima, il-Lilywhites ħarġu aktar avventurużi fit-tentattiv li jippruvaw jidħlu fil-logħba u fit-53 minuta Andrea Zammit għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li iżda minn taħt il-lasti spara għoli.

Madankollu, ħames mi­nuti wara, huma naqqsu l-marġni tal-iskor meta l- goalkeeper Mosti  ma ħa­tafx il-ballun li ntemm għand David Promise li kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa, biex mir-rebound daħal tajjeb MARIO FONTANELLA u mill-viċin tefa’ ġewwa. 

Fit-83 minuta, Valletta skorjaw it-tieni goal meta wara taħwida fil-kaxxa, il-­ballun intemm għand is-sostitut HARIS DILAVER, li mill-viċin ma falliex. Peró ma setgħux isibu l-goal biex isalvaw il-logħba.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone (1-Yenz Cini 69), 10-Shaun Dimech (13-Josiah Mallia 69), 11-Michele Sansone, 14-Christian Gauci, 17-Andrea Zammit (92-Kevin Tulimieri 81), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Emmanuel David Promise Oluwatobi, 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala (6-Sheldon MacKay 46), 77-Caio Prado (9-Haris Dilaver 81), 89-Mario Fontanella  – Coach: Danilo Don­cic

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 8-Christ Ememe (9-Michael Mifsud 75), 11-Geoffrey Edwin Acheampong (5-Raul Manuel Fernandes Da Silva 88), 13-Clayton Failla, 15-Jake Vassallo, 20-Boubakary Diarra, 30-Luis Riascos, 33-Dennis Agyare Antwi (21-Nathan Agius 56), 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (7-William Donkin 56), 98-Rodriguez Ekani – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: R. Morisco 13, G. E. Acheampong 25, C. Ememe 45 (M), M. Fontanella 58, H. Dilaver 83 (V) 

AMMONIT: E. M. Pena Beltre (V)

Sport