Birkirkara………..1
Mosta……………..2
Mosta approfittaw bis-sħiħ minn xi indeċiżjonijiet fid-difiża ta’ Birkirkara u għelbu lill-Istripes bl-iskor ta’ 2-1. B’hekk issa huma telgħu fil-ħames post tal-klassifika b’14-il punt, punti ndaqs daqs Balzan u Gudja United, waqt li kkastigaw lil Birkirkara għat-tieni telfa konsekuttiva.
Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta minn throw-in twil, Federico Falcone, għadda tajjeb lejn SIMON ZIBO li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm ġewwa.
Mal-kwarta logħob, l-Istripes tlfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Yannick Yankam kellu x-xutt fil-baxx tiegħu li stampa mal-wieqfa.
Mosta wieġbu fit-22 minuta u kważi ġabu l-iskor indaqs meta freekick ċentrali ta’ Clayton Failla għadda jħakkek mal-wieqfa.
Finalment, fil-31 minuta il-Blues kisbu d-draw meta back-pass ta’ Cain Attard ġie interċettat minn ZACHARY BRINCAT u l-attakkant Mosti b’xamma kbira għall-goal tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Nava.
Żball difensiv ieħor sewa qares għalI-Istripes hekk kif tliet minuti biss wara, Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn freekick ta’ Claytyon Failla, Nava naqas li jżomm il-ballun, u JACOB AKRONG daħal bħall- vleġġa u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Birkirkara ppruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni u Yankam kellu xutt mid-distanza li għadda għoli.
Fil-50 minuta xutt ta’ Christ Ememe ġie salvat tajjeb minn Nava.
Mas-siegħa logħob, il-goalkeeper ta’ Mosta Ini Etim Akpan kien attent meta salva freekick ta’ Diego dall Oca, waqt li minuti biss wara l-istess Akpan dawwar f’corner daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Osvaldo Iorio.
Birkirkara kellhom ferħa bla temma fis-76 minuta meta Yankam għadda tajjeb lejn is-sostitut Alex Da Paixao Alves u l-attakkant Brażiljan tefa’ l-ballun fix-xiba, iżda l-goal tħassar minħabba offside.
Erba’ minuti wara, Ememe għal Mosta għadda tajjeb lejn Precious Tenebe iżda l-attakkant Niġerjan tefa’ għoli.
Fit-88 minuta, id-difiża ta’ Mosta naqset milli tikklerja l-ballun minn freekick ta’ Alex da Paixao Alves, bil-ballun jasal għand Cabrera li madankollu ġie interċettat tajjeb minn Clayton Failla.
Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 2-Osvaldo Iorio, 5-Enrico Pepe, 6-Diego Pires Dall’Oca (92-Kevin Tulimieri 61), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (23-Jean Paul Farrugia 61), 11-Kurt Zammit (9-Jed Valletta 81), 20-Federico Falcone (7-Alex Da Paixao Alves 46), 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera, 42-Simon Zibo Coach: Brian Chetcuti
Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 8-Christ Ememe, 11-Duane Bonnici (18-Joseph Ibe 52), 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (21-Nathan Agius 83), 20-Boubakary Diarra, 30-Jacob Akrong (6-Roderick Briffa 77), 33-Geoffrey Edwin Acheampong (10-Precious Tenebe 77), 43-Steve Kingue, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (99-Tobi Akiti 77).
Referee Ishmael Barbara
Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic
Skorers: S. Zibo 7 (B), Z. Brincat 31, J. Akrong (34 (M)
Ammoniti: D. Bonnici, T. Akiti, C. Ememe, J. Ibe (M), E. D. Cabrera (B)
Player tal-Logħba: Zachary Brincat (M)