Sunday, December 22, 2024

Mosta jikkastigaw lil Valletta għar-raba’ telfa konsekuttiva

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mosta……………..3

Valletta…………..1

Mosta ħasdu lil Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk il-Beltin laħqu r-rekord negattiv tal-istaġun li għadda, hekk kif din kienet ir-raba’ telfa kosnekuttiva għalihom,

Valletta ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Jean Borg  għadda pass preċiż lejn Kilian Bevis iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-21 minuta l-istess Bevis kellu xutt mill-viċin li ġie salvat minn fuq il-linja fatali miż-żagħżugħ Jake Vassallo.

Mosta wieġbu fil-45 minuta meta Geoffrey Edwin Achaeampong qabeż player avversarju qabel kellu xutt fil-baxx mid-distanza li ntemm ftit barra.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Mosta kellhom kontrattakk veloċi hekk kif Rodriguez Ekani ħarab tajjeb iżda pront kien il-goalkeeper Taljan ta’ Valletta,  Alessandro Guarnone, li ħareġ barra minn postu u ffawlja lill-istess player biex intwera l-karta s-safra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Mosta ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fid-49 minuta fetħu l-iskor meta Boubakary Diarra għadda through pass lejn MICHEAL OKOH CHIDERA li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jippressaw u fit-53 minuta, Micheal Okoh Chidera dar tajjeb ma’ Guarnone, indirizza l-ballun lejn il-lasta iżda pront kien Triston Caruana li salva l-ballun minn fuq il-linja fatali biex evita goal ċert.

Minuta biss wara l-Mostin rduppjaw permezz ta’ xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ RODERICK BRIFFA li ma ta l-ebda ċans lil Guarnone jsalva.  

Valletta wieġbu fl-84 minuta u rebħu penalty hekk kif Jake Vassallo waqqa’ lil Andrea Zammit fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Brandon Paiber li iżda ra lil Ini Etim Akpan isalva bi bravura. Madankollu id-difiża ta’ Mosta naqset li tikklerja l-ballun li ntemm għand OKE AKPOVETA li xeħet ġewwa.

Tliet minuti wara, Valletta qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Eslit Sala wara li rċieva t-tieni karta safra.

Fid-90 minuta Mosta ssiġillaw ir-rebħa meta MICHEAL CHIDERA OKOH żmarkat fil-kaxxa tefa’ l-ballun wara Guarnone biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (21-Nathan Agius 76), 8-Christ Ememe (14-Kalu Johnson Nsumoh 76), 11-Duane Bonnici (10-Linus Precious Tenebe 76), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farugia (43-Steve Kingwe 22), 24-Micheal Okoh Chidera, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (5-Patrick Mensah 66), 74-Jake Vassallo, 98-Rodriguez Ekani Coach: Joseph Grech

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 8-Triston Caruana, 10-Shaun Dimech (88-Flavio Silva Cheveresan 59), 11-Oke Akpovete, 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 22-Brandon Paiber, 30-Llywelyn Cremona (9-Andrea Zammit 46), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Referee: Darry Agius

Ass. Referees: Duncan Sultana, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: M. Okoh Chidera 49, 90, R. Briffa 54 (M), O. Akpoveta 84 (V)

Ammoniti: A, Guarnone, O. Akpoveta, E. Sala (2), J. Borg (V)

Player tal-logħba: Boubakary Diarra

Ekonomija

Sport