Tuesday, May 14, 2024

Żieda ta’ 5.4% fl-impjiegi full-time f’Mejju

Aqra wkoll

F’Mejju li għadda, l-impjiegi full-time żdiedu b’5.4% filwaqt li dawk li kellhom impjieg part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdiedu b’6.3% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq informazzjoni provduta mill-Jobsplus turi li fuq perjodu ta’ sena, l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi l-part-timers) żdiedu b’4.9% biex laħħqu l-251,573. Dan kien attribwit primarjament għal żieda fl-impjiegi reġistrati full-time (12,764) u naqqis fil-qgħad (1,040). 

In-numru ta’ persuni reġistrati bħala full-time self employed żdiedu b’793 meta mqabbel ma’ Mejju 2021. L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’12,700 persuna għal 199,493 filwaqt li l-impjiegi full-time fis-settur pubbl;iku żdiedu b’64 għal 51,119. 

Sport