Mosta Futsal rebħu l-Fuel 10K Under 16 KO meta fil-finali għelbu lill-ġirien Naxxar Lions 10-2 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.
Din kienet l-aħħar partita tal-kompetizzjoni fil-livell ta’ taħt is-16-il sena, organizzat tant tajjeb mid-dipartiment tal-MFA Futsal and Beach Soccer.
Francois Micallef, Luca Chetcuti, Keirin Pace u Dayl Cachia spikkaw għall-Mostin meta skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Jean Cilia u Zion Micallef Bickle aċċertaw ir-rebħa għat-tim tagħhom.
Jake Pace skorja doppjetta għan-Naxxarin.
B’hekk Mosta wettqu d-double matul dan l-istaġun meta aktar qabel rebħu wkoll sezzjoni A tal-Fuel 10K Under 16 League.
Referees kienu Stephen Vella u Sara Kankaras.