Monday, May 20, 2024

Mosta jitilgħu fis-sitt post tal-klassifika

Aqra wkoll

Balzan……………1

Mosta…………….2

Mosta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu fis-sitt post tal-klassifika bil-possibbiltá li jibdew jisfidaw għal post fil-kompetizzjoni tal-UEFA Conference League.

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta u mal-ewwel rebħu penalty meta Matheus de Sousa waqqa’ lil Christ Ememe fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-ispeċjalista CLAYTON FAILLA li ma żbaljax hekk kif peremzz ta’ xutt ċentrali fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.

Iżda Balzan ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fl-20 minuta kien imiss lilhom li jirbħu penalty meta Angel Yesid Torres twaqqa’ fil-kaxxa minn player avversarju. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-player internazzjonali Malti, Alex Satariano li iżda spara għoli.

Balzan komplew jiddettaw il-logħob fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u fis-27 minuta Marcus Grima kellu xutt fil-baxx mid-distanza li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.

U jidher li t-team talk tal-coach ta’ Balzan Oliver Spiteri fil-mistrieħ ħalliet l-effett mixtieq hekk kif wara biss minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, meritatament ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ MATHEUS DE SOUSA, bil-ballun jiġi devjat bi ftit minn player ta’ Mosta.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-57 minuta Alex Satariano ried ipatti għall-iżball li wettaq fl-ewwel taqsima hekk kif falla l-penalty iżda kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn tarf il-kaxxa jiġi salvat tajjeb minn Akpan.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Balzan u fit-62 minuta kienu sfortunati li ma qalbux l-iskor favurihom meta xutt insidjuż ta’ Angel Yesid Torres stampa mal-mimduda, b’Mosta jeħilsuha ħafif.

Balzan komplew jippressaw u fit-78 minuta tilfu cans ieħor tad-deheb li jsibu x-xibka meta daqqa ta’ ras tas-sostitut u skorer prolifiku Monetnegrin, Bojan Kaljevic, stampat mal-wieqfa.

U tal-azzjonijiet mitlufa minn Balzan, huma pattew qares, hekk kif fit-80 minuta, Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ CHRIST EMEME li ma tat l-ebda ċans lil Jonathan Debono.

Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 4-Duvan Torres, 6-Marcus Grima (44-Adam Bradshaw 84), 8-Paul Fenech, 10-Angel Yesid Torres, 19-Milos Zlatkovic (86-Bojan Kaljevic 64), 20-Suleiman Jalu (5-Samir Arab 64), 21-Alex Satariano (9-Luca Mallia 84), 27-Momcilo Raso, 33-Matheus de Sousa (24-Nikola Braunovic 72) Coach: Oliver Spiteri

Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa, 8-Christ Ememe (22-Tyrone Farrugia 81), 10-Precious Tenebe (21-Nathan Agius 67), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 30-Javob Nii Martey Akrong (98-Rodriguez Ekani 67), 33-Geoffrey Edwin Acheampong (14-Johsnon Kalu Nsumoh 67), 43-Steve Kingue, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (9-Victor Ifeanyi Mbata 74) Coach: Joseph Grech

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Roberto Vella, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: C. Failla pen. 9, C. Ememe 80 (M), M. de Sousa 46 (B)

Ammoniti: M. Raso, S. Arab, D. D. Torres Quinones (B), J. N. Martey Akrong, I. E. Akpan, G. E. Acheampong (M)

Player tal-Logħba: Angel Torres (B)

Sport