Mosta …….2
Balzan…….2
Minn Cristian Muscat
Mosta u Balzan temmew fi draw ta’ 2-2 bil-goals kollha waslu fit-tieni taqsima.
Fil-veritá, din il-partita kienet biss formalitá hekk kif iż-żewġ timijiet kienu diġá jafu d-destin tagħhom qabel dan il-konfront … hekk kif filwaqt li fit-tieni round ta’ din l-ewwel fażi Mosta se jilagħbu mat-Top Six, Balzan inqabdu fiż-żona mal-aħħar sitta biex issiġillaw staġun mill-aktar diżappuntanti.
L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-emozzjonijiet fejn iż-żewġ goalkeepers avversarji ftit li xejn ġew impenjati.
Kien biss fit-32 minuta meta waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Balzan ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt mill-ewwel ta’ Jan Busuttil stampa mal-wieqfa.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u tliet minuti wara, xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa ta’ Samir Arab gie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.
Mosta wieġbu għall-ewwel darba fil-45 minuta meta free-kick ta’ Clayton Failla ġie ppanċjat f’sigurtá mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
It-tieni taqsima kienet aktar movimentata b’Balzan joħorġu aktar avventurużi, tant, li fis-60 minuta, huma fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, HENRI BRAHAM STANIC kien fil-post it-tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras xeħet fix-xibka.
Madankollu żewġ minuti wara, il-Mostin għamlu l-iskor indaqs meta mill-corner ta’ Claytion Failla, SACHA CACHIA għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda għeleb lill-goalkeeper Danilo Golovic.
U fis-77 minuta, huma marru fil-vantaġġ meta Joshua Agyemang b’opportuniżmu kbir minn taħt il-lasta.
Iżda, fit-82 minuta Balzan rebħu penalty meta Joao Teixeira ikkommetta foul fil-kaxxa. Mill-11il-metru, inkariga ruħu ALEXANDAR AYO AKPAN li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Akpan in-naħa opposta.
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriyie, 5-Sacha Cachia, 6-Lassine Larsson Coulibaly, 9-Souleymane Kone (11-Paul Aderibigbe 69), 13-Clayton Failla, 21-Nathan Agius (74-Jake Vassallo 63), 23-Joshua Agyemang (26-Matheus Gomes Santos Pireus 79), 30-Sunday Okereke, 31-Joao Victor Souza Teixeria, 96-Leonardo Fernandes Da Silva (10-Giancarlo Goncalves 64) – Coach: Joseph Grech
BALZAN: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Nicholas Pulis (22-Jake Grech 93), 10-Jan Busuttil, 14-Dimeji Awosanja, 17-Henri Btaham Stanic, 24-Kevin Williams, 27-Alexandar Ayo Akpan, 77-Elvis Kamsoba (18-Jake Engerer 80), 80-Marcel Lima Silva (9-Isaac Westendorf 80) – Coach: Dave Rodgers
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Jareth Grima
RABA’ UFF: Ezekiel Barbara
SKORERS: H. B. Stanic 60, A. Akpan pen. 82 (B), S. Cachia 62, J. Agyemang 77 (M)
AMMONITI: J. V. De Souza Teixeira (M), N. Pulis (B)
Mosta u Balzan fi draw ġust