Monday, December 9, 2024

UCL: Inter jirbħu lil Arsenal, Paris SG megħluba f’darhom

Aqra wkoll

L-Erbgħa intlagħab it-tieni programm tar-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Cham­pions League hekk kif Inter reb­ħu l-aqwa partita meta għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 1-0.

L-uniku goal wasal fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima minn penalty ta’ Hakan Cal­hanoglu li fil-veritá kien wieħed dubjuż.

Brugge v Aston Villa – Aston Villa marru l-Belġju u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 biex sofrew l-ewwel telfa ta’ dan it-tournament.

L-uniku goal tal-partita wasal minn penalty mogħti minn Hans Vanaken (52) wara li Tyrone Mings banalment ġabar il-ballun b’idu fil-kaxxa … liema goal kien il-200 skorjat f’din il-fażi.

Shakhtar D. v Young Boys – Shakhtar Donetsk laqgħu lil Young Boys u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Oleksandr Zubkov (31) u Georgiy Sudakov (41) wara li Kastriot Imeri (27) fetaħ l-iskor għall-Isvizzeri.

Red Star v Barcelona – Barcelona komplew għaddejjin mis-sensiela pożittiva meta għelbu lil Red Star bl-iskor ta’ 5-2.

L-iskorers kienu Ini­go Marti­nez (13),  Robert Lewandowski (43, 53), Raphi­nha (55) u Fermin Lopez (76) filwaqt li Silas (27) u Felicio Milson (84) skorjaw għas-Serbi.

Bayern M. v Benfica – F’partita bilanċjata, Bayern Munich għelbu lil Benfica 1-0 bil-protagonista jkun Jamal Musiala (68).

Feyenoord v Salzburg – Salzburg irreġistraw l-ewwel rebħa tat-tournament meta marru għand Feyenoord u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn doppjetta ta’  Karim Konate (45, 58) u Daouda Guindo (86). 

Anis Hadj Moussa (81) skorja għal Feyenoord li minuta qabel kellhom lil Chris-Kevin Nadje mkeċċi għat-tieni karta safra.

Paris SG v Atletico M. – Paris St-Germain sfaw megħluba f’darhom minn Atletico Madrid bl-iskor ta’ 2-1.

Il-Pariġini fetħu l-iskor minn (14) Warren Zaire Eme­ry li għeleb illobja minn fuq il-goalkeeper Jan Oblak.

Iżda erba’ minuti wara, kontra x-xejra tal-logħba  il-Madrileni kisbu d-draw minn Nahuel Molina … biex imbagħad fit-93 minuta Angel Correa skorja l-goal tar-rebħa. 

Sparta Prague v Brest – Barra minn darhom, Brest għelbu lil Spartak Prague bl-iskor ta’ 2-1, b’doppjetta ta’ Edimilson Fernandes (37, 80) filwaqt li Victor Olatunji (91) wieġeb għal Sparta.

Stuttgart v Atalanta – Atalanta marru l-Ġermanja u għelbu lil Stuttgart bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jiġu skorjati minn Ademola Lookman (51) u Nicolo Zaniolo (88).

Ekonomija

Sport