Sunday, November 24, 2024

Mosti l-Isptar wara inċident f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq tal-mutur; raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kawasaki li kien qiegħed isuq u nqaleb.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport