Saturday, October 26, 2024

Mountain Bikes: Il-Miżieb jattira folla rekord għal Cisk 0.0 Cross Country National Point Series

Aqra wkoll

It-terren iebes tal-bosk tal-Miżieb ma qatax qalb il-fuq minn mitt ċiklista li rreġistraw għat-tellieqa inawgurali tal-istaġun tal-cross country tal-mountain bike tal-2023.  Magħruf għat-terren iebe tiegħu, il-Miżieb huwa famuż għad-dawriet tekniċi, it-tlajja wieqfa u trejqiet singoli li jagħmluha aktar ta’ sfida għaċ-ċiklisti li jippruvaw jiksbu post fuq quddiem.

Luke Borg rebaħ il-Kategorija Elite, b’titjib notevoli mill-prestazzjoni tas-sena l-oħra fejn qatt ma resaq viċin tal-podju.  It-tellieqa ta’ din is-sena kienet differenti. B’prestażżjoni ta’ grinta minn Borg rah jieħu l-vantaġġ u żammha sal-aħħar minkejja t-tentattivi ta’ sewwieqa b’esperjenza bħal Mark Zammit, Mark Bonnici, Brandon Sultana u Maurice Formosa. Sal-ewwel dawra, Borg kien fuq quddiem segwit minn Stefan Scerri, Maurice Formosa, Mark Bonnici, Jason Vella u Mark Zammit. B’Scerri, Bonnici u ċ-Champion Nazzjonali attwali Mark Zammit jiġi mfixkla minn panċers, l-ewwel tliet sewwieqa li kienu qedin fil-mira tal-podju kienu Borg, fil-vantaġġ segwit mill-veteran Formosa u Vella. Huma ħadu l-postijiet rispettivi fuq il-Podju tal-Elite.

Fit-tellieqa tan-Nisa, il-veterana magħruf għal prestażżjoni bla biża u komposto, Marie Claire Aquilina ħadet postha fuq quddiem, b’Diana Muscat u Lara Buttigieg jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-Kategorija Sport intrebħet mid-debuttant Keith Bartolo. Fil-vantaġġ mill-bidu, Bartolo kellu jiffaċċja sewwieqa ta’ aktar esperjenza bħal Darren Sultana li mit-tieni dawra taħ ġirja.. Erba’ sekondi biss isseparaw lit-tnejn hekk kif temmew l-erba’ dawriet, b’Bartolo jissiġilla l-ewwel podju tiegħu fid-debutt tiegħu. Miegħu ingħaqdu Sultana u Josmar Vella.

Stephen Grima kiseb l-unuri fil-kategorija 40+ u kellu jiġġieled it-tentattivi ta’ Alex Portelli u Gordon Zahra li spiċċaw it-tieni u t-tielet. Il-kategorija 50+ intrebħet minn Carmelo Abela, li din is-sena deher għall-ewwel darba f’din il-kategorija. Abela kellu rebħa komda quddiem Ethan Salter u Bruno Mahsoudi.

Fil-kategoriji taż-żgħażagħ, Justin Micallef kkompeta fil-kategorija U19, filwaqt li Ryan Gatt, Chylen Fava u Nathan Goodhand temmew il-podju tas-Subien U17. Minkejja l-età żgħira tagħhom, il-kategorija tas-subien U15, li rat ammont kbir ta’ sewwieqa jieħdu sehem, kienet affari kompetittiva ħafna. Liam Daly ħa u żamm il-vantaġġ mill-bidu quddiem Neil Cassar u Daniel Luke Spiteri. Fil-kategorija tal-bniet Zia Fuji u Nina Debono Curmi bdew ras imb ras, għalkemm Fuji eventwalment marret fil-vantaġġ biex rebħet il-kategorija tagħha. Fit-tielet post daħlet Katie Anne Vella Wood. L-aħħar kategoriji tal-ġurnata kienu l-U12 Subien u Bniet. Zac Bugeja kellu tigrija mill-qrib ma’ Oliver Buccheri. Il-vantaġġ ta’ Bugeja fl-ewwel dawra rah jissiġilla r-rebħa għall-ġurnata quddiem Buccheri u Jurgen Mercieca. Fil-kategorija tal-bniet, Kim Micallef Cann ħa r-rebħa sekonda qabel Mikela Ann Spiteri u għaxar sekondi fuq Mickaya Fava.

Iċ-Cisk 0.0 National Point Series hija sponsorjata mill-birra mingħajr alkoħol Cisk 0.0, Gatorade, u San Michel u appoġġjata minn IDMatch Bike Lab L-Għaqda rringrazzjat ukoll lill-FKNK għall-appoġġ tagħhom.

It-tieni tellieqa taċ- Cisk 0.0 National Point Series se ssir il-Ħadd 19 ta’ Frar fl-Imġarr.

Ir-Reġistrazzjoni u l-Informazzjoni tat-Tlielaq jinstabu fuq https://www.maltamountainbike.org.mt/.

Sport