Wednesday, April 24, 2024

Australian Open: Andy Murray jelimina lil Matteo Berrettini

Aqra wkoll

Il-Brittaniku, Andy Murray, ipproduċa waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tiegħu f’dawn l-aħħar snin biex elimina t-13-il seed, it-Taljan Matteo Berrettini, mill-Australian Open f’logħba eċċitanti komposta minn ħames sets. 

L-Iskoċċiż ta’ 35 sena deher emozzjonat wara li  r-rebħa ta’ 6-3 6-3 4-6 6-7 (7-9) 7-6 (10-6) fir-Rod Laver Arena.

Murray, li kellu l-biżgħa li l-kirurġija ta’ ġenbejh fl-2019 kienet se ttemm il-karriera tiegħu, salva match point fuq 5-4 fl-aħħar set.

Kienet l-ewwel rebħa ta’ Murray fuq avversarju fl-aqwa 20 fi Grand Slam mill-2017.

It-tliet darbiet champion ta’ Grand Slams se jilgħab kontra l-veteran Taljan Fabio Fognini jew l-Awstraljan Thanasi Kokkinakis fit-tieni round nhar il-Ħamis li ġej.

Sport