Thursday, December 26, 2024

Moussa Sissoko ta’ Spurs fil-mira ta’ Watford

Aqra wkoll

Watford jinsabu f’taħditiet biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Tottenham, Moussa Sissoko.

Il-player ta’ 32 sena mhuwiex parti mill-pjanijiet ta’ Nuno Espirito Santo ma’ Spurs u jista’ jintlaħaq ftehim permanenti ma’ Watford qabel l-iskadenza tat-trasferiment tat-Tlieta.

Sissoko, li rrappreżenta lil Franza fl-Euro 2016, fadallu sentejn fil-kuntratt fit-Tottenham Hotspur Stadium iżda għad irid jidher ma’ Spurs f’dan l-istaġun.

Huwa ngħaqad ma’ Spurs fl-2016 f’dak li kien rekord tal-klabb tagħhom wara trafseriment ta’ £30 miljun mingħand Newcastle u lagħab 202 darba, u skorja ħames goals.

Il-midfielder kellu rwol integrali biex għen lill-club jasal sal-finali taċ-Champions League fl-istaġun 2018/19 waqt li kien ukoll parti mit-team li sfida għall-Carabao Cup u l-Premier League.

Huwa żgur li jkun qed jipprovdi esperjenza tajba lill-Hornets hekk kif qed jirritornaw fl-ogħla diviżjoni Ingliża wara l-promozzjoni miċ-Championship fl-istaġun li għadda.

It-tluq possibbli tiegħu jimmarka pass ieħor fir-ri-strutturar ta’ Tottenham hekk kif jidher li Sissoko se jsegwi lil Danny Rose, Erik Lamela u Toby Alderweireld u jħalli lil Spurs.

Il-clubs rispettivi jiltaqgħu nhar il-Ħadd fil-Premier League hekk kif Watford iżuru t-tramuntana ta’ Londra.

Ekonomija

Sport