Il-Membru Parlamentari Ray Abela fl-aħħar sigħat qajjem xi punti dwar kif bajjiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta jistgħu jkunu aktar rikonoxxuti. Abela qal li se jkompli jaħdem id f’id mal-awtoritajiet biex in-naħa t’isfel ta’ Malta jkollha żona kif jixirqilha speċjalment il-kosta f’Marsaskala sa San Tumas. Dan Sabiex tkun tista’ titgawda aħjar mill-pubbliku u mill-għawwiema.
Huwa żied jgħid li għandu bżonn isir investiment biex permezz t’hekk tingħata aktar attenzjoni biex tisbieħ il-bajja. Iżda fuq kollox li f’Marsaskala jkun hemm bajjiet rikonoxxuti bħala Blue Flag minħabba li għad m’hawnx in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Il-Membru Parlamentari qal ukoll li tkellem mal-Malta Tourism Authority biex din il-ġimgħa jitwaħħlu showers ġewwa l-Fajtata kif ukoll fil-latrina fl-istess ġnien sabiex tiżdied l-effiċjenza għar-residenti kif ukoll it-turisti li jagħżlu din il-lokalità waqt iż-żjara tagħhom f’pajjiżna.
Huwa esprima l-ħsibiiet tiegħu sabiex dawn il-lokalitajiet ikunu jistgħu jgawdu wkoll minn fondi pubbliċi u ewropej kif gawdew lokalitajiet oħra.