Friday, May 17, 2024

Sejħa urġenti għad-demm tat-tip O, A, B positive u A negative

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella għal ħafna iktar għotjiet tad-demm. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat inqala’ bżonn urġenti mill-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei, għad-demm O positive, A positive, A negative u B positive.

Bħalissa hemm il-bżonn ta’ xejn inqas minn:

  • 64 borża demm O positive
  • 39 borża demm A positive
  • 10 boroż demm A negative
  • 2 boroż demm B positive

Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jgħin f’din il-kawża ġusta.

Sport