Sunday, December 22, 2024

MP Nazzjonalista jgħid li “erba’ rejds” mhux biżżejjed biex niġġieldu l-kriminalità 

Aqra wkoll

Id-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Alex Borg waqt parti mill-attivitajiet tal-partit relatati mal-Indipendenza qal li l-fatt li numru ta’ żgħażagħ għadhom qegħdin jilqgħu l-istedina tal-Partit Nazzjonalista turi li l-partit għadu wieħed effettiv.

“Sa ftit snin ilu konna ngawdu minn serħan il-moħħ u ħajja serena. Bħala Għawdxin konna nħossuna fortunati li filwaqt li sħabna l-Maltin kienu jitkellmu b’nostalġija fuq kif kienu jħallu ċ-ċavetta fil-bieb ta’ barra aħna konna ngawdu s-serħan il-moħħ li nistgħu nħallu ċ-ċavetta fil-bieb ta’ barra”, qal il-Membru Parlamentari Nazzjonalista filwaqt li sostna li llum, minħabba żieda fil-kriminalità dan is-serħan il-moħħ intilef ukoll.

Huwa qal li l-gvern irid jagħmel iżjed minn “erba’ rejds” bħala infurzar fil-liġi. Sostna li kull min jiġi biex jaħdem f’pajjiżna għadu jingħata kull opportunità biex jagħmel dan, iżda min jiġi biex joħloq l-inkwiet u jxekkel is-serħan il-moħħ tal-poplu tagħna, postu mhux hawn.

Ekonomija

Sport