Gowl uniku ta’ Janice Pace kien biżżejjed sabiex Mtarfa Futsal jiksbu post fil-play-offs finali tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lil Santa Margherita fid-decider li ntlagħbet fil-Padiljun ta’ De La Salle.
Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat ferm viċin xulxin. Minkejja kollox kienu Mtarfa li skorjaw il-gowl rebbieħ wara li Janice Pace irċeviet tajjeb mingħand Charlene Cassia u wara li qabżet lid-difensur avversarja fajret xutt li bih għelbet lill-goalkeeper Jennifer Galea.
Fit-tieni taqsima, Santa Margherita ħarġu fuq l-attakk u apparti laqtu żewġ lasti, sabu lill-goalkeeper ta’ Mtarfa Karen Lia f’forma mill-aqwa.
B’hekk Mtarfa ngħaqdu ma’ Zero Sei, Lija Athletic u Swieqi United Futsal LEC07 fil-play-offs li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Santa Margherita: Jennifer Galea, Audrey Chetcuti, Ilenia Navarro, Jeanelle Falzon, Kirsty Paris, Shakira Bugeja, Estefany Calamanaralez, Melanie Spiteri, Chanice Grixti, Nicole Valentina, Rohanne Zahra.
Mtarfa: Karen Lia, Janice Pace, Oriana Bedingfield, Alessia Caschetto, Catriona Sheehan, Charlene Cassia, Rebecca D’Agostino, Natasha Pace, Eleonora Agliano.
Referees: Stephen Vella u Andrea Naudi.