Fi-jiem li għaddew, ġiet organizzata kompetizzjoni jisimha ‘La Perla d’Italia’, li saret f’Pisciotta, Palinuro, taħt id-direzzjoni ta’ Francesca Maroni u Maurizio Cicoli, fejn fiha ħadu sehem diversi mudelli Maltin. Id-direttriċi nazzjoniali ta’ Malta hija Joanne Farrugia.
Dawn huma il-postijiet li kisbu:
Kategorija Mascotte: Katrina Bonnici – Rebbieħa
Kategorija Junior: Kailey Brincat – Rebbieħa
Amber Zammit Spiteri – it-tielet post
Kategorija Teen: Leon Alamango – It-tieni post
Kategorija Miss: Jeanelle Spiteri – Rebbieha
Kategorija Gold: Carmen Abela – Ir-raba’ post
Il-kompetizzjoni, tinvolvi erba’ prestazzjonijiet.
- Talent (jagħżlu li jridu bħal żfin, kant, reċtar)
- Immudellar bil-kostum tal-baħar
- Immudellar b’ilbies eleganti
- Prova improvizzata, fejn kulħadd jagħmel li jixtieq hu
Ir-rebbieħa jirbħu faxxa, kuruna u xoghol f’qasam artistiku ta’ ċinema, jew moda, pubbliċitá jew editorjal.
Min irid jiehu sehem is-sena d-dieħla, għandu jikkuntattja lil Joanne Farrugia għal aktar dettalji.