Friday, December 27, 2024

Mukesh Ambani jirtira mill-interess biex jixtri l-club ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Wara li rapporti sostnew li l-biljunarju Indjan, Mukesh Ambani, talab biex jibdew in-negozjati mas-sidien attwali ta’ Liverpool fit-tentattiv li jixtri l-club, rapporti oħra qed jinnegaw li b’xi mod jinsab interessat li jinvesti fil-Premier League Ingliż. 

Meta ħarġet l-aħbar li Fenway Sports Group iridu jbiegħu club għal £4.5 biljuni, kien hemm xnigħat li Ambani kien interessat u għaldaqstant fuq il-media soċjali kien hemm stejjer li dan it-tmien bniedem l-aktar sinjur fid-dinja b’valur nett ta’ madwar £90 biljun, ried jixtri l-club. 

Peró rapporti mill-Indja qed jiċħdu li b’xi mod se jkun involut. 

Qed jingħad ukoll li Ambani ma jridx ikun l-avversarju ta’ Yasir Al-Rumayyan li għandu 80% tal-ishma fil-club ta’ Newcastle United. 

Dan minħabba li fl-2021, Al-Rumayyan, li huwa l-gvernatur tal-Public Investment Fund tal-Arabja Sawdija, ingħaqad mal-kumpanija ta’ Ambani, bl-isem ta’ Reliance Industries, bħala direttur indipendenti biex kompla jkabba il-portfolio tiegħu. 

Ekonomija

Sport