Saturday, December 14, 2024

Mukesh Ambani jrid li jibdew it-taħdidiet biex jixtri l-club ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Il-biljunarju Indjan, Mukesh Ambani, talab biex jibdew in-negozjati mas-sidien attwali ta’ Liverpool fit-tentattiv li jixtri l-club.

Rapporti qed isostnu li Ambani jrid jixtri lil Liverpool mingħand Fenway Sport Group wara li r-Reds ħabbru l-intenzjoni li jisimgħu l-offerti.

Ambani huwa t-tieni l-aktar bniedem għani fl-Indja u t-tmien l-aktar sinjuri fuq il-pjaneta, b’valur nett ta’ madwar £90 biljun. Diġà għandu s-sjieda ta’ assi sportivi oħra u milli jidher qed jara lil Liverpool bħala investiment siewi ieħor.

Huwa diġá ta indikazzjoni li jrid jagħmel lit-team fost l-aktar qawwija fid-dinja fit-tul fejn ġie kkwotat li qal li lest li “jippompja l-miljuni” biex jagħmel lill-club wieħed kompetittiv kemm fis-swieq tat-trasferiment kif ukoll fil-ground. 

Ambani sostna wkoll li jrid ikun f’Anfield biex jaqsam l-atmosfera tal-aqwa partitarji fid-dinja …. u jrid jgħin biex din l-atmosfera tkun aktar b’saħħitha.

Ekonomija

Sport