Iż-żewġ partitarji Iżraeliti ngħataw sentenza sospiża għal tlett snin u ġew immultati €300 wara li nstabu ħatja li nhar it-Tlieta filgħaxija xegħlu u waddbu l-flares waqt logħba bejn Malta u Maccabi Haifa f’Ta’ Qali.
Iż-żewġt irġiel, Saleh Jawamis ta’ 26 sena u Shachar Dekel ta’ 23 sena, tressqu l-Qorti dalgħodu, u ammettew li huma ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.
Il-Maġistrat ipprojbixxa liż-żewġ imputati biex ma jersqux lejn grawnds sportivi għal sena sħiħa.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Sarah Kathleen Zerafa u Matthew Attard.