Friday, September 11, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Il-coach ta’ Fenerbahce, Ismail Kartal, jirriżenja wara li ntlaqat...

UEFA Champions Lge: Il-coach ta’ Fenerbahce, Ismail Kartal, jirriżenja wara li ntlaqat minn flixkun fil-partita kontra Roma

0
48

Ismail Kartal irriżenja minn coach ta’ Fenerbahce ftit minuti biss wara d‑draw ta’ 1-1 kontra Roma fil‑UEFA Champions League, f’aħbar li ħasdet lil kulħadd fil‑club.

Kartal, li rritorna f’Ġunju 2026 għar-raba’ staġun tiegħu fit‑tmexxija, qal li wara konsiderazzjoni, id‑deċiżjoni ttieħdet “biex jiftaħ triq ġdida għall‑club”. 

Minkejja dan, il‑president Aziz Yildirim irrifjuta r‑riżenja u sostna li Kartal “għadu l‑coach” u għandu jingħata appoġġ sħiħ.

Il‑coach ta’ 65 sena semma pressjoni kbira, kritika kontinwa u inċident matul il‑partita fejn ġie milqut bi flixkun mill-partitarji bħala raġunijiet ewlenin għad‑deċiżjoni tiegħu. 

Il‑club ikkonferma li l‑persuna responsabbli ġiet identifikata u pprojbita milli tidħol fl‑istadium. 

Yildirim attakka l‑atteġġjament tat‑paritarji u tal‑media, u talab aktar rispett lejn Kartal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here