Wednesday, July 24, 2024

Multa ta’ €4,000 għal Lilu l-King talli nstab ħati li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija

Aqra wkoll

Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala Lilu King, ġie mmultat €4,000, wara li fil-Qorti ammetta li ma mexiex skont l-ordnijiet mogħtija lilu mill-Pulizija. Huwa nstab ħati wkoll li kiser il-paċi pubblika waqt avveniment li attenda għalih nhar il-Ġimgħa li għaddiet f’Ta’ Qali.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat kien qiegħed iħarreġ lil wieħed mill-ġellieda tiegħu għal partita boxing u li f’ħin minnhom inqalgħet kommossjoni hekk kif wieħed mill-organizzaturi talab lill-akkużat sabiex joħroġ il-barra, bl-akkużat innifsu rrifjuta li jagħmel dan.

Il-Prosekuzzjoni spjegqt ukoll li fuq il-midja soċjali ttella’ filmat, fejn Elmushraty deher qed jargumenta mal-pulizija, hekk kif dawn kellhom jintervjenu waqt argument li nqala bejn wieħed mill-organizzaturi u l-akkużat.

Ingħad ukoll li nżamm arrestat għal madwar 24 siegħa, minħabba li ma’ obdiex l-ordni tal-pulizija. Kien hawnhekk, fejn il-Prosekuzzjoni żiedet tgħid li Mohamed neża l-flokk u qal kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ iktar minn tliet kuntistabbli tal-Pulizija.

Quddiem il-Magistrat Kevan Azzoppardi, id-Difża spjegat li Elmushraty ma kiser l-ebda kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest, il-għaliex kien Mohamed innifsu li għamel talba lill-Qorti sabiex dakinhar jibqa’ barra sas-2.30am, liema permess gie milqugħ mill-Qorti.

Id-Difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono u Josè Herrera, fakkret li Elmushraty ikkoopera mal-awtoritajiet, wera rimors u skuża ruħu waqt l-arrest u fl-istqarrija mal-pulizija. Hanwhekk, il-prosekuzzjoni għamlet talba sabiex l-imputat jingħata multa sa massimu ta’ €3,000.

Il-Qorti preseduta mill-Magistrat Kevan Azzoppard sab lil Elmushraty ħati u kkundannah €4,000 u ordna li jitteħdulu €10,000 mid-depożitu impost bħala garanzija għall-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest li ngħata lilu kemm fit-18 ta’ Marzu u anke fil-15 ta’ Ottubru.

Ekonomija

Sport