Friday, November 15, 2024

Mument ta’ emozzjoni hekk kif Chiellini sostitwit fis-17-il minuta biex isellem lill-partitarji

Buffon konvint li Chiellini se jibqa' parti mill-istorja ta' Juventus u n-Nazzjonal

Aqra wkoll

“Nista’ nimmaġina kemm ħassejt emozzjonijiet illejla. Li ssellem lill-partitarji, lit-tim, lill-klabb u ambjent li fih ħassejtek f’darek għal kważi 20 sena huwa pass importanti.

Flimkien qsamna mijiet ta’ logħbiet u se nħoss in-nuqqas meta ma nerġgħax narak tiġġieled fil-grawnd, b’dik id-determinazzjoni u l-qalb li kont turi.

Dejjem tibqa’ parti mill-istorja tal-Juve u tat-tim Nazzjonali. Nittama li l-futur tiegħek għadu hawn: il-futbol Taljan għad għandu bżonn l-esperjenza ta’ Giorgio Chiellini!”

Gianluigi Buffon jifraħ ma’ Giorgio Chiellini

Sellem b’dan il-mod l-eks leġġenda ta’ Juventus Gianluigi Buffon lil Giorgio Chiellini li lbieraħ l-aħħar logħba tiegħu fil-Juventus Stadium bħala plejer ta’ Juventus.

Il-veteran ta’ Juventus ħalla l-grawnd qalb ċapċipa mill-isbaħ wara biss 17-il minuta logħob meta kien sostitwit minn Matthijs de Ligt. Juventus temmew il-logħba fi draw ta’ 2-2 kontra Lazio.

Chiellini jersaq biex isellem lill-partitarji għall-aħħar darba

Minn naħa tiegħu Chiellini qabel in-numru li kien iġorr ma’ dahru ma’ tliet sensazzjonijet li mhu se jinsa qatt. Huwa qal li n-numru tlieta għalih se jibqa’ jfisser ferħ, serenità u gratitudni għal dak kollu li offra u kiseb mill-klabb.

Ekonomija

Sport