Sunday, November 24, 2024

Mument ta’ terrur waqt partita fil-Brażil

Aqra wkoll

Mument ta’ terrur fil-Brażil futbolers Brażiljani ħarbu għas-sigurtà tagħhom wara li kien hemm tiri ta’ arma tan-nar waqt logħba ta’ taħt l-20 sena f’Macaé fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Fid-29 minuta mit-tieni taqsima ta’ Serie B1 ta’ partita Carioca U-20 bejn Serra Macaense u Carapebus, futbolers żgħażagħ ħarġu barra mill-ground minħabba tiri ta’ arma tan-nar.

Filmati tal-partita fil-Moacyrzão Stadium juru lill-goalkeeper ta’ Carapebus qed jiġi kkurat għal injury li ġarrab waqt il-partita qabel instemgħu tiri ta’ arma tan-nar.

Inizjalment, il-players u l-istaff tal-coach ma setgħux jifhmu x’kien qed jiġri qabel ma nferrxu biex jistkennu fil-ground hekk kif l-isparar intensifika. Il-goalkeeper imweġġa’ rnexxielu jqum u joħroġ mill-grawnd biex ifittex protezzjoni.

Huwa mifhum, li t-tiri kienu r-riżultat ta’ operazzjoni tal-pulizija f’komunità biswit l-istadium.

Ħadd ma weġġa’ u l-partita ġiet imħassra, bil-Qorti tal-Ġustizzja Sportiva tiddetermina l-eżitu tal-partita. Iż-żewġ timijiet kienu fi draw ta’ 0-0 fil-ħin tal-inċident u l-organizzazzjoni se tiddetermina jekk il-logħba għandhiex terġa’ tintlagħab jew jekk ir-riżultat hux se jibqa’ dak ta’ 0-0.

L-isparatura fissret ukoll li tħassret ukoll il-logħba tal-Kampjonat Carioca tan-nisa bejn Serra Macaense u Duque de Caxi, bil-partita kellha tintlagħab fl-istess ground wara l-partita tal-U-20.

Sport