Friday, April 19, 2024

“Dejjem ħallast it-taxxi u s-siġġu parlamentari tawhuli n-nies”

Aqra wkoll

Deputat Laburista jiddeplora diskors partiġġjan tal-Kap tal-PN

Fis-seduta Parlamentari tal-lejla, id-deputat Laburista Jean Claude Micallef iddeplora id-diskors partiġjan li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-okkażżjoni tal-100 sena tal-Parlament, fejn sejjaħ lid-deputati fil-backbench bħala mixtrija u ħalqhom magħluq b’xi chairmanship.

Micallef qal li huwa stat ta’ fatt li bħala deputat fil-backbench m’għandu ebda introjtu minn irwoli governattivi u żgur m’għandu ebda sarima ma ħalqu.

Id-Deputat Labustita tenna jgħid li filwaqt li ma setax iressaq ksur ta’ privileġġ minħabba l-proċedura parlamentari, emfasizza li l-kejl tal-integrità bejnu u Bernard Grech huma ta’ standards differenti u żied jgħid li “F’ħajti dejjem ħallast it-taxxa frott ħidmieti. Is-siġġu parlamentari tiegħi u li bid-differenza tiegħu tawhuli n-nies tat-tielet distrett bil-voti; LA XTRAJULI xi ħadd u anqas MA ĊEDIJULI ħadd.”

Sport