Sunday, December 22, 2024

“Mumenti koroh għall-komunità internazzjonali”

- il-President George Vella

Aqra wkoll

Wara li t-Tnejn li għadda laqqa’ lill-membri tal-Korp Diplomatiku biex jagħtihom l-awguri għas-sena l-ġdida, il-President ta’ Malta George Vella llum laqqa’ wkoll lill-Korp tal-Konsli Onorarji fejn tenna l-kundanna tiegħu għall-kunflitti atroċi kemm fil-Lvant Nofsani kif ukoll fil-gwerra fl-Ukrajna.

Huwa fisser li dawn il-kunflitt huma mumenti koroh ħafna għall-komunità internazzjonali. Wera wkoll id-dispaċir tiegħu li l-potenzi l-kbar, li verament għandhom is-saħħa jwaqqfu dan kollu qed idawru wiċċhom in-naħa l-oħra waqt li jkomplu jipprovdu lill-ġellieda taż-żewġ naħat l-armamenti u l-munizzjon.

Huwa fakkar li kellha tkun Malta li tieħu pass u taħdem bla waqfien għal riżoluzzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda biex jitħarsu l-ħajjiet taċ-ċivili speċjalment it-tfal fuq iż-żewġ naħat tal-kunflitt.

Ekonomija

Sport