Wednesday, July 24, 2024

Floriana Young Stars jibdew il-kampjonat b’mod pożittiv

Aqra wkoll

Floriana Young Stars kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat nazzjonali tal-hockey wara li għelbu lil White Hart 6-2.

Kienet logħba li l-Greens iddominaw għal ħafna ħin b’White Hart li kienu aħjar fit-tielet quarter għalkemm fl-aħħar mill-aħħar naqsu milli jieħdu xi punti minn dan il-konfront.

Justin Farrugia kien l-eroj għal Floriana Young Stars hekk kif skorja tripletta b’Karl Chircop awtur ta’ doppjetta. Mark Camilleri għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.

Ir-risposta ta’ White Hart waslet minn doppjetta ta’ David Agius u Simon Kemp.

Mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin iddominaw il-konfront kontra Floriana Young Stars tant li rebħu 6-1.

Fil-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Marsaskala B għelbu lil Marsaskala A 3-2.

Ekonomija

Sport