Saturday, December 21, 2024

“Mur għejdli li lbieraħ kien l-aħħar darba li rajtek”

Dylan Axiak ġie ddentifkat bħala l-ġuvni li tilef ħajtu dalgħodu fil-Fgura

Aqra wkoll

“Mur għejdli li lbieraħ kien l-aħħar darba li rajtek.” “Kemm kont taqbad mat-tifla”… Dawn kienu fost il-kummenti li nkitbu biex ifakkru l-memorja ta’ Dylan Axiak li tilef ħajtu b’xokk elettriklu aktar kmieni llum.

Ħafna minn sħabu kitbu fuq il-midja soċjali kemm kien ġuvni li tieħu gost tqatta’ ħin miegħu, kemm kien jaf jiċċajta u anke jħobb il-ħajja.

Aktar kmieni: Raġel jitlef ħajtu b’xokk fil-Fgura

Illum, għall-11.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mater Boni Consilii, il-Fgura.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 21 sena u joqgħod Wied il-Għajn ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport