Hekk kif illum waranofsinhar il-Prim Ministru Robert Abela ppubblika l-verbal tal-inkjesta Maġisterjali dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, ħafna kienu dawk li bdew jaqraw u janalizzaw għal dak li waslet fil-konklużżjonijiet tagħha l-Maġistrat.
F’parti minn inkjesta l-Maġistrat stabbilit li qabel ma miet Jean Paul Sofia kien irċieva 3 telefonati li waħda minnhom kienet mingħand ommu.
Isabelle Bonnici, qalet li “mur għidli li din kienet se tkun l-aħħar darba li nbierku u nisma’ I Love you too” b’referenza għall-aħħar telefonata li saret bejnha u bejn binha.