Saturday, October 26, 2024

“Mur sabiħ u kun imbierek”… Infermiera ta’ Puttinu tikteb poeżija liċ-ċkejken Matthias

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem bosta kienu dawk li sellmu l-memorja taċ-ċkejken Matthias hekk kif Puttinu Cares ħabbru li sfortunatament hu kien tilef kontra l-marda tal-kanċer.

L-aktar riċenti hija hija Poeżija iddedikata lill-maħbub Matthias miktuba min-nurse Maryrose Bugeja.

Il-Mulej fil-ġnien ġie jinżel
‘Il isbaħ fjur Dan ha f’idejh
Lil Matthias il-bambin għażel
Għannqu miegħu u ħadu ħdejh

Ħames snin inti biss kellek
Meta għajatlek il-bambin,
Mur sabiħ u kun imbierek
Hemm fil-ġenna mal-qaddisin.

Hekk nistħajlu li qed tagħmel
Hemm fil-ġenna mal-Bambin
Tiġri, tilgħab, tirraġuna
Ma dawk l-anġli ferħanin.

Kif qatt int tista’ tkun minsi
Leħnek jidwi kullimkien
U l-aċċent tad-djalett Għawdxi
Żgur li bħalu ma ssib imkien.

Int kont tifel intelliġenti
Bi tbissima fuq xufftejk
U dak wiċċek tant ferrieħi
Kont nitpaxxa inħares lejk.
Kemm Matthias nixtieq li nagħmlu
Ajruplan li jtir sal-ġenna
Ħalli meta int tkun tridna
Int ma ddumx lilna tistenna.

Mur fis-sema għażiż Matthias
Fejn m’hemmx mard w’anqas uġigħ
Oh Madonna hemm Ta’ Pinu
żommu f’ħoġrok ħalli jistrieh.

Meta nħarsu ‘l fuq fis-sema
Nistħajluk li qed tarana
Tittawlilna… tilgħab noli
Mal-bambin ilkoll ferħana.

Għalkemm tlaqt u mort il-ġenna
Il-memorji baqgħu magħna
Inwegħduk li dawn ser jibqgħu
Fjamma tixgħel fil-qalb tagħna

Rose Bugeja
Nurse Rainbow Ward

Il-ġenituri ta’ Matthias irringrazzjaw lil kull min bagħtilhom messaġġi ta’ kuraġġ u lil dawk kollha li sabu ħin biex jagħtu l-aħħar tislima liċ-ċkejken.

Sport