Mustapha Jah se jibqa’ jilbes il-flokk ta’ Floriana FC, wara li l-klabb li kien meqjus bħala l-aktar viċin li jakkwista s-servizzi tal-attakkant naqas milli jissottometti l-offerta finali tiegħu fil-ħin stipulat.
Huwa mifhum li l-aktar klabb li kien viċin kien il-klabb mill-Qatar Umm Salal SC.
Jidher li l-ultimatum li ngħata lill-klabb interessat skada mingħajr ma waslet l-offerta meħtieġa.
B’hekk, Floriana għamlitha ċara li mhix se tħalli lill-plejer jitlaq u li, ladarba l-offerta ma waslitx fil-ħin, il-pożizzjoni tal-klabb hija waħda ċara: Jah jibqa’ ma’ Floriana.
Jah, li kien parti importanti mit-tim li rebaħ il-kampjonat ma’ Floriana l-istaġun li għadda, jibqa’ għalhekk parti mill-pjanijiet tal-Greens għall-istaġun il-ġdid.




