Sunday, December 22, 2024

“Nagħlaq għajnejja u nibqa’ nara u nisma’ d-daħqa tiegħek”

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, Amber il-kantanta lokali kif ukoll għalliema kitbet messaġġ ta’ qsim il-qalb fuq il-midja soċjali wara li għadu kif ħalla din id-dinja student minn tagħha. 

“Kemm kont ixxurtjata li kont l-għalliema tiegħek din is-sena. Kemm ħlomt li tagħmel affarijiet sbieħ f’ħajtek. Kemm emmint fik. Kemm kont speċjali” Kitbet Amber dwar dan l-istudent speċjali. 

Hija kitbet wkoll dwar il-karattru ħelu li kellu dan it-tfajjel li għalkemm kien għadu żgħir kien jaf jikkumplimenta u b’dak il-messaġġ żgħir kien jisraq il-qlub tan-nies. 

Amber ġedded xi ftit mill-meemorji li kellha ma’ Ilyas fejn qalet kif ta’ kuljum kienet tgħannqu magħha u tgħidlu li tħobbu għax ta’ kuljum kien ikun qed jistennieha. 

“Ilyas mhu ħa ninsik qatt, ser nibqa nġorrok miegħi ġo qalbi f’kull ħin tal-ġurnata u f’dak kollu li nagħmel. Nagħlaq għajnejja u nibqa’ nara u nisma’ d-daħqa tiegħek, b’dawk l-għajnejn sbieħ li b’ħarsa waħda kont tfisser kollox” Kompliet il-messaġġ tagħha Amber. 

Fl-aħħar għaddiet messaġġ lill-għalliema kollha biex ma jispiċċaw qatt il-ġurnata mingħajr tbissima. Li huwa importanti ħafna li t-tfal ikunu jafu li fl-għalliema jistgħu jsibu l-wens u l-imħabba li tassew tistħoqqilhom. 

Ekonomija

Sport