Saturday, December 14, 2024

“Nagħmlu kemm nagħmlu qatt mhuwa biżżejjed u jeħtieġ nagħmlu aktar”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-femiċidju ta’ Bernice Cassar ħasad pajjiż u heżżeż lill-komunità femminili f’sitwazzjoni fejn dawn il-każijiet ta’ vjolenza qegħdin iwasslu għal biżgħa li s-sistema mhiex tipproteġihom. Rigward dan talk.mt tkellem mal-Ministru tal-Affarijiet Interni, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza, Byron Camilleri fejn filwaqt li speċifika li fl-aħħar snin il-vjolenza domestika ttieħdet b’serjetà mill-Korp tal-Pulizija u sar tibdil għall-aħjar, “dan il-femiċidju jurina kif nagħmlu kemm nagħmlu, qatt mhuwa biżżejjed u jeħtieġ li nagħmlu aktar”.

Il-Ministru Byron Camilleri u l-Ministru Jonathan Attard ħatru inkjesta immexxija mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia, liema inkjesta se tkun mistennija timxi pass pass ma’ dak kollu li ġara, tistabbilixxi eżatt x’ġara minn kull entità li kellha kwalunkwe rwol f’dan il-proċess kollu biex imbagħad, abbazi tagħha, jekk ikun hemm bżonn jittieħdu deċizjonijiet oħra.

Medja ta’ ħames rapporti kuljum…

Min-naħa tiegħu l-Ministru Camilleri jħoss li, “l-ebda kliem jew miżuri ma jistgħu jkunu ta’ faraġ għall-familja tal-vittmà” imma insista li l-Korp jieħu każi ta’ vjolenza bis-serjetà. Hawn huwa speċifika li, “illum hemm taqsima speċjalizzata fi ħdan il-Korp li taħdem fuq każijiet ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dan minflok dawn ir-rapporti jinħadmu bħal kull każ ieħor mill-Pulizija tad-Distrett. Dan wassal biex illum hemm Taqsima speċjalizzata bi 33 uffiċjal, li jinkludi ħames spetturi mħarrġa fuq każijiet ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru”. 

Mill-informazzjoni li tana, qabel twaqqfet din it-Taqsima, fl-2019, il-Korp tal-Pulizija kien jirċievi 1,300 rapport ta’ vjolenza domestika filwaqt li wara li twaqqfet din it-Taqsima dawn żdiedu b’25% għal 1,645 każ. Fis-sena 2021 jirriżulta li reġa’ kien hemm żieda oħra ta’ 6%, filwaqt li din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru, din it-Taqsima rċeviet 1,480 rapport. 

Ekonomija

Sport