Wednesday, December 25, 2024

“NAGĦTU GARANZIJA LI NOFFRU S-SERĦAN IL-MOĦĦ”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt diskussjoni fil-programm AWLA minn Misraħ Lewża, San Ġwann, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-gvern qiegħed juża l-kelma garanzija għaliex tagħti serħan il-moħħ.

Huwa qal li l-miżuri tal-Partit Laburista huma kalkulati u li mhux se jgħaddi perjodu ta’ żmien u jaqgħu għax ma jkunux sostenibbli. Abela sostna li mhux talli hekk, iżda dawn il-miżuri huma miżuri li ’l quddiem, Partit Laburista se jkun preparat biex jibni fuqhom. Il-Prim Ministru qal dan fid-dawl tal-miżuri li ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa biex jgħin lit-tfal kollha biex ikollhom l-istess opportunitajiet biex jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni tagħhom.

Huwa fakkar li jekk kemm il-darba jingħata fiduċja se jkun qiegħed jgħin lil dawk il-familji bi dħul baxx biex uliedhom imorru l-iskola b’dinjità b’uniformi ġdida kull sena biex ma jkunu xejn inqas minn tfal oħra u anke wiegħed li se jgħin ukoll lil dawk bi problemi tal-vista biex ikompli jtaffi mill-piżijiet tal-ġenituri tagħhom. 

Ekonomija

Sport