Friday, November 15, 2024

Nancy Pelosi “trawmatizzata” bl-attakk fuq żewġha 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nancy Pelosi qalet li tinsab “qalbha maqsuma u trawmatizzata” wara l-attakk vjolenti fuq żewġha.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti qalet li l-familja tagħha kienet grata għar-rispons immedjat min-naħa tal-infurzar tal-liġi u għall-kura medika tiegħu. 

Paul Pelosi ntlaqat b’martell minn aggressur fid-dar tal-koppja f’San Francisco nhar il-Ġimgħa li għadda.

Ingħad li l-kundizzjoni tal-anzjan ta’ 82 sena kompliet sejra għall-aħjar wara l-attakk. Huwa sofra minn ksur fil-kranju u ġrieħi f’idejh u driegħu u għadu jinżamm l-isptar għall-kura. 

Qed jingħad li s-suspettat, David Depape ta’ 42 sena, talab li jara lis-Sinjura Pelosi – u nissel ċertu sens ta’ biża’ dwar vjolenza politika fit-tħejjija għall-elezzjonijiet ta’ nofs il-mandat fit-8 ta’ Novembru. L-Ispeaker, li kienet f’Washington DC fil-ħin tal-attakk, marret lura minnufih biex tara lil żewġha l-Isptar.

Fl-istqarrija tagħha, hija qalet li t-talb tan-nies kienu tassew ta’ faraġ u qed jgħinu fl-irkupru tar-raġel tagħha.

Ekonomija

Sport