Wara li Juventus ġew mnaqqsa 15-il punt, issa huwa rrappurtat li l-prosekutur tal-FIGC talab evidenza ġdida dwar it-trasferimenti ta’ Napoli, speċifikament il-ftehim kontroversjali ma’ Lille għal Victor Osimhen.
Il-Bianconeri ġew penalizzati wara li l-ġuri li kkonkluda f’Mejju reġa’ nfetaħ fl-appell bl-introduzzjoni ta’ provi ġodda mill-investigazzjoni ta’ Prisma, fosthom recordings u dokumenti meħuda mill-uffiċini tal-club.
Dan jista’ jkun biss il-bidu, peress li l-prosekutur Giuseppe Chiné diġà qed jibda jaħdem fuq proċessi futuri li jkopru l-kwistjoni ta’ tariffi ta’ trasferiment “minfuħa b’qerq” biex jagħtu spinta lill-qligħ kapitali.
Chiné talab kopja tal-provi li l-prosekutur pubbliku ta’ Napli ġabar waqt investigazzjoni ta’ frodi tal-president ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis.
L-uffiċċji tiegħu ġew irrejdjati f’Napli, Ruma u Franza, fil-21 ta’ Ġunju 2022, fejn ġiet elenkata dokumentazzjoni kkonfiskata relatata mat-trasferimenti, inkluż il-ftehim Osimhen.
Dak it-trasferiment qajjem dubji serji anke fiż-żmien meta ġie kkonfermat li l-ftehim ta’ €72m flimkien ma’ €10m bonuses kien jinkludi €20m fi skambju ta’ players.
L-erba’ players kienu l-goalkeeper Orestis Karnezis – li għamel dehra waħda biss għal Lille – u tliet players taż-żgħażagħ ta’ Napoli li mmedjatament ġew mislufa lil clubs f’diviżjoni inferjuri u mbagħad tterminawhom il-kuntratt.
Wieħed irid jara x’evidenza tista’ tiżdied, hekk kif Prisma ġabret diversi diretturi ta’ Juventus jistqarru l-miżati esaġerati tat-trasferimenti.
L-avukati ta’ Napoli kienu argumentaw fil-ġuri oriġinali li kien impossibbli li jiġi vverifikat b’mod indipendenti l-valur tat-trasferiment ta’ player, iżda dak il-verdett inqaleb bl-aħħar appell u għalhekk biddel il-preċedent legali.