Thursday, April 18, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Marsa

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Patri Magri fil-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-anzjan; ta’ 73 sena residenti l-Marsa, kien intlaqat minn Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm seta’ jittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport