Sunday, December 22, 2024

Napoli jfittxu li jkomplu għaddejjin bil-mument tad-deheb li għaddejjin minnu

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt u l-Ħadd tintlagħab il-15-il ġurnata tas-Serie A fejn Napoli jimmiraw li jkomplu għaddejjin bis-sensiela pożittiva hekk kif qed igawdu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-klassifika. Huwa jospitaw lil Udinese u jibdew bħala favoriti.

Partita oħra interessanti hija dik bejn Juventus u Lazio, b’dawn tal-aħħar jinsabu fit-tieni post flimkien ma’ Milan iżda jekk il-Bianconeri jegħlbu lil Lazio, huma jaqbżuhom b’punti.

Napoli v Udinese 

Napoli għaddejjin minn mument tad-deheb hekk kif jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika fejn għandhom ukoll l-aqwa attakk. Huma jinsabu favoriti li jiksbu tliet punti mill-konfront li għandhom f’darhom kontra Udinese fi Stadio Diego Armando Maradona. 

Il-Friulani jinsabu f’nofs il-klassifika u kellhom kampjonat sodisfaċenti s’issa. Il-plejer Portugiż tagħhom Beto qed jispikka hekk kif diġa’ skorja sitt gowls matul dan l-istaġun. 

Luciano Spalletti, il-kowċ ta’ Napoli ma jistax jinkludi lill-aqwa plejer tagħhom Kvicha Kvaratskhelia u Amir Rrahmani li jinsabu mweġġgħin. 

Udinese għandhom neqsin lil Destiny Udogie, Rodrigo Becao u Adam Masina. 

Juventus v Lazio 

Juventus jittamaw li jkomplu jibnu fuq l-aħħar wirjiet tagħhom u qabel il-waqfa twila minħabba t-Tazza tad-Dinja se jkunu qed jospitaw lil Lazio f’test li għandhom jindika l-progress tat-tim. 

Il-Bianconeri kienu fis-seba’ sema ftit tal-ġranet ilu wara r-rebħa ta’ 2-0 kontra Inter sabiex b’hekk reġgħu qawwew qalbhom għall-post fl-ewwel erbgħa tal-klassifika.  

Lazio jinsabu fit-tielet post tal-klassifika u jridu jżommu l-konsistenza li kellhom f’dawn l-aħħar jiem.   Il-kowċ ta’ Lazio Maurizio Sarri  ma jistax jinkludi lil Ciro Immobile li jinsab imweġġa’ filwaqt li Massimiliano Allegri ta’ Juventus għandu

Ekonomija

Sport