Napoli qed isegwu b’attenzjoni l-profil tad-difensur ta’ Feyenoord David Hancko. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u hu plejer internazzjonali mis-Slovakkja.
Il-kowċ ta’ Napoli Francesco Calzona jaf sew lil dan il-plejer minħabba li normalment isejjaħlu mat-tim nazzjonali Slovakk peress li hu għandu wkoll ir-rwol ta’ kowċ tagħhom ukoll.
I Partenopei jonqoshom difensur ta’ kwalita’, xi ħaġa li kienet nieqsa matul dan l-istaġun mat-tluq tal-Korean Kim.
Hancko qed jikkunsidra din l-offerta, bil-plejer li bħalissa qed jilgħab ma’ Feyenoord fl-Olanda.