Wednesday, July 24, 2024

Tliet plejers se jitilqu lil Liverpool

Aqra wkoll

Tliet plejers ta’ Liverpool iġifieri Joel Matip (32 sena), Thiago Alcantara (32 sena) u Adrian (37 sena) mistennija jħallu Anfield Road fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Ir-Reds se jippruvaw inaqqsu l-medja ta’ eta’ fit-tim tagħhom u mistennija jimxu fuq il-pariri tal-kowċ il-ġdid li mistenni jinħatar minflok Jurgen Klopp.

Sadanittant, id-direttur sportiv il-ġdid Richard Hughes flimkien ma’ Michael Edwards qed jaħdmu sabiex isibu elementi ġodda fl-iskwadra futura tagħhom.

Ekonomija

Sport