Tuesday, September 24, 2024

Napoli jiġru wara l-firma ta’ Jesper Lindstrom 

Aqra wkoll

Napoli qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi tal-winger ta’ Eintracht Frankfurt Jesper Lindstrom. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u hu meqjus bħala plejer versatili hekk kif kapaċi jilgħab ukoll bħala attakkant.  

Sadanittant i Partenopei qed iżommu l-għażliet tagħhom miftuħa hekk kif qed jistennew konferma mingħand Al Ahly mill-Arabja Sawdija għall-akkwist tal-plejer tagħhom Hirving Lozano. Jekk dan it-trasferiment iseħħ, Lindstrom għandu iktar garanzija li jilgħab futbol regolari.  

Sport