Tuesday, May 14, 2024

Sergino Dest b’self ma’ PSV Eindhoven 

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Amerikan Sergino Dest ingħaqad ma’ PSV Eindhoven fuq bażi ta’ self mingħand Barcellona. Sal-istaġun li għadda, il-plejer ta’ 22 sena kien qed jilgħab ma’ AC Milan iżda dawn tal-aħħar iddeċidew li ma jżommuhx fl-iskwadra tagħhom.  

PSV jistgħu jixtru lil dan il-plejer fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, dejjem jekk jimpressjona u juri l-kwalitajiet tiegħu. Hu se jilbes il-flokk numru 8. 

Dan se jkun il-ħames klabb ta’ Dest wara Ajax, Barcellona, Milan u PSV. 

Sport