Monday, September 23, 2024

Napoli jinsistu fuq Alessandro Buongiorno

Aqra wkoll

Napoli mhux se jaqtgħu qalbhom milli jakkwistaw lid-difensur ta’ Torino Alessandro Buongiorno. Il-kowċ il-ġdid tal-Partenopei Antonio Conte jrid difiża aktar b’saħħitha minn dik li t-tim kellu fl-istaġun li għadda, karatterizzat minn ħafna żbalji.

Min-naħa tiegħu, Buongiorno aċċetta l-offerta ta’ Napoli u qed iħalli kollox f’idejn l-aġent tiegħu sabiex jirranġalu. Il-prezz li qed jitolbu l-Granata hu dak ta’ €35 miljun.

Buongiorno għandu 25 sena u lagħab 99 logħba ma’ Torino filwaqt li skorja erba’ gowls.

Sport