Wednesday, July 24, 2024

UCL: Hamrun Spartans kontra Lincoln Red Imps ta’ Ġibiltà

Aqra wkoll

Hamrun Spartans se jkunu qed jilagħbu ma’ Lincoln Red Imps ta’ Ġibiltà fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-poloz telgħu fil-Kwartieri tal-Futbol Ewropew f’Nyon mill-Kap tal-Kompetizzjonijiet tal-Klabbs u l-Kalendarju tal-UEFA, Tobias Hedtstück, u s-Senior Manager tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA, Tom Barlow.

L-Ispartans se jkunu qed jilagħbu l-ewwel leg f’darhom fid-9/10 ta’ Lulju bil-partita tar-ritorn hija skedata għas-16/17 ta’ Lulju.

Fil-Gibraltar Football League l-istaġun li għadda, Lincoln Red Imps rebħu l-kampjonat wara li spiċċaw żewġ punti qabel St. Joseph’s u rebħu r-Rock Cup wara li għelbu lill-Europa FC 3-0.

Din se tkun l-ewwel darba li żewġ klabbs minn Malta u Ġibiltà se jkunu qed jiffaċċjaw lil xulxin.

Ekonomija

Sport