Saturday, July 20, 2024

Napoli jirsistu għal Artem Dovbyk

Aqra wkoll

Napoli se jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant mill-Ukrajna Artem Dovbyk. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u kellu staġun impressjonanti ma’ Girona fi Spanja fejn it-tim spiċċa fit-tielet post tal-klassifika.

I Partenopei lesti jagħtu s-somma ta’ €35 miljun għal dan il-plejer għalkemm iridu joqogħdu attenti mill-kompetizzjoni ta’ Atletico Madrid li wkoll jixtiequh magħhom.

Dovbyk lagħab 36 logħba staġjonali u skorja ammont impressjonanti ta’ 24 gowl.

Ekonomija

Sport